“Il-Kulur Ċar F’Wiċċ Il-Baħar Jissejjaħ ‘Ħamla’” – It-Temp Madwarna

Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ spjegaw fenomenu interessanti li jiġri fin-natura, li jissejjaħ ‘il-ħamla’.

Kitbu, “Il-kulur ċar f’wiċċ il-baħar jissejjaħ ‘ħamla’. Il-ħamla hi dak l-ilma li jgħaddi fuq il-wiċċ tal-art meta tinżel xita qawwija u l-ħamrija ma tilħaqx tixorbu. Bl-ingliż jissejjaħ rain run off u jista’ jikkawża għargħar, erużjoni u tniġġis peress li jkaxkar dak li jsib quddiemu. Il-ħamla tista’ titnaqqas permezz ta’ lqugħ u żieda fil-ġbir tal-ilma tax-xita, aktar siġar u veġetazzjoni, uċuħ maħduma u saqwija u sistemi xierqa tad-drenaġġ u passaġġi għall-ilma tax-xita.”

Dan spjegawh ukoll permezz ta’ ritratt li ttieħed minn Darryl John Portelli f’tan-Nadur, Għawdex.

Nirringrazzjawhom għal din l-informazzjoni interessanti.

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI