Julia Ann Cluett, Miss Universe Europe & Middle East li s-sena l-oħra ġiet fost it-12-il finalista f'Miss Universe u l-ewwel fl-Ewropa, ser tkun waħda mill-membri tal-ġurija li ser jagħżlu lil Miss Universe tal-Greċja għal 2026. Permezz ta' kitba fuq Miss Universe Malta, Cluett qasmet messaġġ.
Hi qalet, “Ninsab kuntenta ħafna nħabbar li ġejt mistiedna biex inkun parti mill-bord tal-ġurija għall-finali tal-kompetizzjoni ta' Miss Universe Greece. Huwa unur kbir għalija li se nkun hemm bħala Miss Universe Europe & Middle East, u tassew ninsab ħerqana biex niltaqa’ mal-finalisti kollha. Waħda minnhom se jkollha l-opportunità inkredibbli li tirrappreżenta lill-Greċja fi Puerto Rico u tikkompeti biex issir il-Miss Universe li jmiss, jew is-suċċessur tiegħi."
Żiedet, "Ninsab ħerqana ħafna biex insegwi dan il-vjaġġ speċjali u niċċelebra s-sbuħija, s-saħħa u l-individwalità ta’ kull finalista. Greċja, narak dalwaqt!”
Miss Universe Malta