L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Futbol Plejers iddedikat messaġġ lil wieħed mill-membri tagħha, Matthew Grech, li bħalissa jinsab jirkupra minn operazzjoni.
Permezz ta’ kelmtejn fuq il-mezzi soċjali, l-assoċjazzjoni kitbitlu, “Nawguraw fejqan ta’ Malajr lill-goalkeeper ta’ Birkirkara FC, Matthew Grech, li riċentament kellu jagħmel operazzjoni. Nittamaw li ma ndumux wisq ma nerġgħu narawk fuq il-pitch!”
Flimkien ma’ dan il-messaġġ, ippubblikawlu ritratt. Minkejja li jisab jirkupra fis-sodda, għandu tbissima fuq wiċċu li tixhed il-kuraġġ u d-determinazzjoni li għandu biex minn hawn u ftit ieħor jerġa’ jibda jilgħab.
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti ta’ kuraġġ jawgurawlu fejqan ta’ malajr, mingħand qraba u ħbieb tiegħu, u kif ukoll diversi Maltin midħla tal-futbol.
Facebook / Malta Football Players Association