Il-paġna t-temp madwarna tat ftit informazzjoni interessanti dwar il-fenomenu li esperjenzajna llum.
Spjegaw, “Dak li osservajna illum kienet sħaba li ffurmat kawża tal-instabilita` li kien hawn u tal-ammont ta’ xita lokalizzata lejn Malta fiċ-ċentru. Ammont ta' xita f'dawn l-inħawi u f'inħawi oħra xejn fosthom Għawdex. Osservajna llum kif Malta kienet bejn żewġ sistemi ta' Maltemp u prattikament ebda minn dawn iż-żewġ maltempati ma laqtu l-gżejjer Maltin. Is-sħab li fforma kien kawża tal-instabilita`.”
Qalu wkoll, “Għada fadal xi sħab però l-indikazzjoni tibqa’ kif mogħtija... dik li ma jkollniex xita għalkemm wieħed ikun irid ikompli jsegwi x’ikun jiġri.”
Żiedu jgħidu li x’aktarx se tagħmel xi ftit xita l-Ħamis, il-Ġimgħa, u s-Sibt.
Kitbu li r-ritratt ittieħed minn Mr. Hili fil-Wied ta’ Marsalforn.
Facebook / Aġġornament tat-temp