Henry Galea qasam messaġġ mill-isbaħ lill-maħbub tiegħu f'għeluq sninu. It-tieni wieħed li qed jiċċelebraw flimkien.
F’messaġġ mimli mħabba u tifkiriet, Henry qal li għadu ma jistax jemmen kif għaddew diġà sentejn minn meta bdew jaqsmu dan il-vjaġġ flimkien. Li hemm speċjali wkoll hu l-fatt li, inqas minn 24 siegħa wara għeluq snin il-maħbub tiegħu, jiġi wkoll għeluq sninu.
“Jekk dan mhux id-destin jagħmel xogħlu, ma nafx x’inhu,” kiteb Henry, filwaqt li rrefera għall-mod partikolari li bih għeluq sninhom jaqgħu wieħed wara l-ieħor.
Il-vjaġġ tagħhom, skont Henry, kien wieħed mimli esperjenzi u emozzjonijiet. Jesprimi b'ċertezza kemm jiġri x'jiġri jibqa' jagħżel lilu dejjem.
Henry kompla jesprimi l-imħabba tiegħu billi faħħar diversi kwalitajiet tal-maħbub tiegħu, fosthom it-tbissima tiegħu u l-attitudni pożittiva li jipprova jżomm anke meta l-affarijiet ma jkunux faċli.
“Inħobbok ħafna,” kitiblu Henry, qabel temm il-messaġġ tiegħu b’awgurju f'għeluq sninu u għal sena oħra flimkien.
Awguri mill-qalb!