Maronia Gray qasmet messaġġ mill-qalb għal missierha f'jum għeluq sninha. Fih esprimiet l-imħabba u l-gratitudni kbira li għandha lejh, u tikteb dwar kemm ifisser għaliha.
Irringrazzjatu għas-sagrifiċċji kollha li għamel matul is-snin biex jaraha kuntenta u magħquda mal-familja. “Inħobbok wisq Papá u lili dejjem ħa ssibni warajk għal kollox,” kitbet Maronia.
Fil-messaġġ tagħha, Maronia rringrazzjat ukoll lil missierha għall-valuri sbieħ li għallimha tul ħajjitha. Hi semmiet b’mod partikolari li għallimha tħobb lil kulħadd u tifraħ għal ħaddieħor.
Il-kliem tagħha juri kemm il-lezzjonijiet u l-eżempju ta’ missierha ħallew impatt fuqha, u wasslu messaġġ qawwi ta’ mħabba, rispett u apprezzament lejn persuna li għandha post speċjali f’ħajjitha.
Awguri mill-qalb lil missier Maronia!