Ilbieraħ, waqt attività familjari ġewwa ‘Is-Social’ f’Ħaż-Żabbar, The Malta Records ippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin, u din id-darba kien wieħed li għandu warajh storja tassew sabiħa.
Ir-rekord ingħata lil Kezman Mamo, li fl-età ta’ 16-il sena u 283 ġurnata ġie rikonoxxut bħala l-iżgħar content creator nieqes mid-dawl bl-akbar numru ta’ segwaċi fuq il-midja soċjali.
Kezman, li għandu aktar minn 11,000 segwaċi, qed juża l-midja soċjali biex jaqsam il-kontenut tiegħu u jkompli jilħaq aktar nies. Illum, dak li beda bħala passjoni qed isir ukoll kisba li se tibqa’ miktuba fl-istorja tar-rekords Maltin.
It-tragward tiegħu jfakkarna li l-ħolm m’għandux jitkejjel bil-limitazzjonijiet, iżda bil-kuraġġ li wieħed ikompli miexi lejh.
Prosit kbira, Kezman! Jalla dan ikun biss il-bidu ta’ ħafna aktar suċċessi u stejjer sbieħ.
Facebook/The Malta Records u Kezman Mamo