Jintrebħu €5,000 Fl-Ewwel Episodju Tat-Tielet Staġun Ta’ Family Feud Malta

Family Feud Malta

It-tielet staġun ta’ Family Feud Malta beda bil-kbir għall-Familja Galea, li fl-ewwel episodju rnexxielha tirbaħ €5,000.

Madankollu, il-vjaġġ tagħhom għadu ma spiċċax, hekk kif f'dan l-istaġun, il-familji rebbieħa għandhom l-opportunità li jirritornaw u jkomplu l-isfida tagħhom.

Għaldaqstant, il-Familja Galea se terġa’ tidher illejla fid-20:45 fuq TVM, fejn se tiffaċċja sfida ġdida kontra l-avversarji li jmiss tagħha, bit-tama li żżomm ir-rebħiet għaddejjin u żżid mal-€5,000 li diġà rebħet.

Issa l-mistoqsija hija waħda: kemm se jirnexxielhom jirbħu aktar? Tista’ ssegwi lill-Familja Galea hekk kif tirritorna għall-isfida ta’ Family Feud Malta illejla fid-20:45 fuq TVM.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI