Illum ġurnata speċjali hekk kif il-Knisja qed tiċċelebra l-ħatra ta’ tliet monsinjuri ġodda li huma Mons. Martin Micallef, Mons. Brendan Micallef u Mons. Andre Zaffarese.
Il-paġna tal-Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta kitbu dwar dan l-avveniment. “Waqt il-quddiesa, l-Arċisqof Charles Scicluna fakkar fl-istedina ta’ Ġesù lid-dixxipli għall-għaqda u l-imħabba. Awguralhom li s-servizz tagħhom bħala membri sħaħ tal-Kapitlu tal-Katidral tkun mibnija fuq il-verità, l-imħabba u d-djalogu għall-ġid tal-Knisja f’Malta.”
“Stedinhom ukoll jamministraw il-patrimonju tal-Kapitlu bi prudenza, karità u spirtu ta’ libertà. U talab lill-Mulej jagħtihom id-don tal-verifika biex jagħrfu x’għandu jiġi ppreservat u minn xiex hemm bżonn jinħelsu, waqt li jibqgħu jħarsu lejh fid-deċiżjonijiet tagħhom. Nitolbu għal dawn ħutna biex ikunu eżempju ta’ fraternità saċerdotali, spirtu ta’ talb, umiltà u servizz.”
Facebook / Archdiocese of Malta