“Is-Sibt 26 Ta’ Settembru Imsaħħab Bil-Possibbiltà Ta’ Xita Iżolata” – It-Temp Għal Tmiem Din Il-Ġimgħa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament ħadu ħsieb iwasslulna l-previżjoni tat-temp għal tmiem din il-ġimgħa.

Qalu, "Il-Ġimgħa 25 ta' Settembru mistenni jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant u ser ikun hemm possibbiltà għolja ta' xi xita lokalizzata mal-jum. Xi ftit xita lokalizzata hi prevista tard filgħaxija. Temperatura l-ogħla tmiss 29°C u l-inqas 21°C. Riħ punent forza 3 għal 4."

Żiedu, "Is-Sibt 26 ta' Settembru imsaħħab bil-possibbiltà ta' xita iżolata. Riħ grigal Lvant forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 27°C u l-inqas 20°C."

Qalu wkoll, "Il-Ħadd 27 ta' Settembru ftit imsaħħab b'riħ Lvant forza 3 għal forza 4, jdur grigal Lvant forza 5 u jerġa' jnaqqas filgħaxija għal forza 4 l-aktar mil-Lvant. Temperatura l-ogħla tmiss 26°C u l-inqas 20°C."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI