‘Ara Joqtlokx’, ‘Dabbar Pajjiżek’, U ‘Jaq,’ Fost Kummenti Razzisti F’Grupp Malti Għan-Nies Single

Membru tal-grupp publiku singles meet in malta riċentament tefa’ ritratt tiegħu fl-istess grupp, ħaġa li bosta membri jagħmlu ta’ kuljum. Ir-raġel li huwa ta’ karnaġġjon skur qal, “hello everyone, greetings from Żejtun,” fejn sfortunatament spiċċa jaqla’ numru ta’ tgħajjir għal xejn b’xejn.

Bosta li jagħmlu użu mill-midja soċjali setgħu jaraw żieda fil-kummenti lokali fejn jidħol ir-razziżmu, speċjalment wara l-qtil ta’ Miriam Azzopardi li l-allegat qattiel tagħha huwa raġel mill-Ghana. Infatti, wieħed mill-aktar kummenti xokkanti kien tweġiba fuq kumment ta’ mara li kitbet “hello,” fejn raġel Malti rrispondiha u qalilha ‘ara joqtlokx.’

Fost aktar kummenti kien hemm “veru jaq ta’ nies, dabbar lejn pajjiżek”, “xadin”, fost kliem ieħor derogatorju li sikwit jintuża fil-konfront ta’ nies b’ġilda skura.

Filwaqt li nikkundannaw kull qtil, ma nistgħux indawru qtil ta’ persuna f’agenda personali biex nobżqu l-mibgħeda. Dawk li qed jinqdew bil-qtil tagħha biex jippruvaw jiġġustifikaw opinjoni razzista, verament għandhom għalfejn jistħu.

Ritratti:

Dili Luca/singles meet in malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI