Tiġbor €2,600 Flok Rigali F’Għeluq Is-70 Sena Tagħha – Prosit U Awguri!

Maria Tonna u żewġha

Maria Tonna ċċelebrat għeluq is-70 sena tagħha b’mod tassew speċjali, u għażlet li tagħti tifsira saħansitra aktar sabiħa lil din l-okkażjoni billi talbet lill-familjari u lill-ħbieb tagħha biex, minflok rigali, jikkontribwixxu għal donazzjoni lil Puttinu Cares.

Din l-inizjattiva wasslet biex inġabret is-somma impressjonanti ta’ €2,600, li se tmur b’risq il-ħidma tal-Puttinu Cares. Ġest li juri kif okkażjoni personali tista’ tinbidel f’opportunità biex jingħata sostenn lil min għandu bżonnu.

Ħajr speċjali mar ukoll lil żewġha, Arthur Tonna, li ħa ħsieb jorganizza din iċ-ċelebrazzjoni sabiħa u għamel minn għeluq snin Maria jum tassew memorabbli.

Is-70 sena ta’ Maria għalhekk ma kinux biss okkażjoni ta’ ferħ u ċelebrazzjoni mal-għeżież tagħha, iżda wkoll mument ta’ solidarjetà u ġenerożità lejn ħaddieħor.

Awguri mill-qalb u Prosit Maria! Ammirevoli!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI