“Awguri Fit-Tieni Anniversarju Mħabba Tiegħi Nicolas… Għal Dejjem Tagħna” – L-Attriċi Rebecca Dimech Menniello

Rebecca Dimech Menniello

It-28 ta' Settembru 2024 - id-data meta Rebecca Dimech Menniello u żewġha Nicolas taw kelma lil xulxin u bdew dan il-vjaġġ ta' koppja miżżewġa. Rebecca qasmet filmat mill-isbaħ li juri uħud mill-mumenti speċjali waqt it-tieġ tagħhom.

Bla dubju jidhru diversi mumenti emozzjonali u anke memorji ta' kemm iċċelebraw flimkien mal-għeżież tagħhom, ħbieb, kollegi u bosta persuni li huma viċin tagħhom, u kienu hemm biex jgħixu dal-jum magħhom.

"Awguri fit-tieni anniversarju mħabba tiegħi Nicolas - għal dejjem tagħna," kitbet Rebecca. Bosta kkummentaw bl-awgurju tagħhom u kliem sabiħ biex jixtiqulhom l-aqwa affarijiet.

Awguri minn qalbna Rebecca u Nicolas!

Ritratti:

Facebook/ Rebecca Dimech Menniello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI