“Iġġennen Lil Kull Min Hemm Madwarek… Imma Mingħajrek Ma Jien Xejn” – Andrew Azzopardi

Andrew Azzopardi qasam messaġġ mill-qalb fl-okkażjoni ta’ għeluq snin bintu Claire, fejn fi ftit kliem irnexxielu jiġbor kemm l-umoriżmu kif ukoll l-imħabba kbira li għandu lejha.

“Iġġennen lil kull min hemm madwarek… imma mingħajrek ma jien xejn,” kiteb Andrew, f’messaġġ li żgur ħafna ġenituri jistgħu jirrelataw miegħu. Minkejja ċ-ċajta fil-bidu, il-kliem tiegħu malajr jinbidel f’dikjarazzjoni mill-isbaħ dwar kemm bintu tfisser għalih.

“Inħobbok qalbi. Happy birthday Claire,” temm jgħid Andrew, akkumpanjat minn qalb vjola. Messaġġ sempliċi u spontanju li juri r-rabta speċjali bejn missier u bintu. Aħna ningħaqdu ma’ Andrew biex nawguraw lil Claire l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!

Ritratti:

Facebook / Andrew Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI