“18-Il Sena Flimkien U 11-Il Sena Miżżewġin” – Wendy Agius Lil Żewġha Richard

Illum ġurnata ferm speċjali għal Wendy Agius u żewġha Richard Attard, għaliex illum qed jiċċelebrew l-anniversarju tagħhom.

Fuq il-paġna tagħha, Wendy ddedikat lil Richard messaġġ sentimentali. Hi kitbitlu, “Awguri lill-imħabba ta’ ħajti Richard Attard. 18-il sena flimkien u ħdax-il sena miżżewġin. Kellna ħafna tlajja u nżul imma dejjem tajna sapport lil xulxin. Li kieku ma kellix lilek f’ħajti, jien m’iniex Wendy li jien illum. Grazzi tal-imħabba u rispett li ttini. Awguri.”

It-tbissima fuq fommhom fir-ritratti ppubblikati tixhed l-imħabba li hemm bejniethom. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata tant u tant speċjali, u diversi iktar snin ta’ mħabba bejniethom.

Ritratti:

Facebook / Wendy Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI