“Emmnuna Qabadna L-Bard X’Ħin Bdejna Nisimgħu Lil Lias Jgħid Il-Kuluri Tal-Bnadar Minn Moħħu” – Malta Rekords

The Malta Records ħabbru rekord nazzjonali ġdid.

Huma kitbu, “The Malta Records dalgħodu konna mistiedna f'residenza privata sabiex nivverifikaw u nippreżentaw rekord nazzjonali lil tifel ta' intelliġenza rari. L-iżgħar tifel li kapaċi jgħid il-kuluri tal-bnadar tal-pajjiżi fl-iqsar ħin, bl-ismijiet tal-pajjiżi ikunu magħżula f'ordni mgerfxa. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Lias Atkins ta' 6 snin u nofs minn Birżebbuġa li qata' 30 bandiera f'ħin ta' 3 minuti u 18-il sekonda (3:18).”

Żiedu jispjegaw, “Emmnuna qabadna l-bard x'ħin bdejna nisimgħu lil Lias jgħid il-kuluri tal-bnadar minn moħħu, b'ħeffa liema bħalha. The Malta Records nirringrazzjaw lill-familja ta' Lias li laqgħuna f'darhom b'idejhom miftuħin. Prosit Lias, kompli żviluppa l-imħabba tiegħek lejn il-Ġografija u l-interess tiegħek lejn il-bnadar nazzjonali.”

Prosit kbira lil Lias, tassew aħna kburin bih.

Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI