Fl-aħħar ġimgħat Ivan Gaffiero ħabbar il-bidu tal-programm il-ġdid Esperjenzi u Sorpriżi li se jixxandar fuq Xejk TV mil-lum 4 ta’ Ottubru.
Il-programm huwa maħsub biex joffri taħlita ta’ kontenut li tista’ tolqot lil udjenza wiesgħa, fosthom stejjer u esperjenzi veri, kantanti, mudelli u personalitajiet interessanti.
L-għan hu li kull telespettatur isib xi ħaġa li tista’ tinteressah u żżommu jsegwi l-programm. F’messaġġ qasir li kiteb ġimgħa ilu ddeskrivieh bħala programm "li żgur se jidħol f’qalb kulħadd.”
Illum waslet il-ġurnata u jibda l-vjaġġ ta' dan il-programm ġdid tiegħu. "Bonġu ħbieb. L-eċitament tiegħi huwa kbir wisq illum. Mhux faċli li tagħmel programm bħal Esperjenzi u Sorprizi," kiteb dalgħodu l-preżentatur.
Nawgurawlek Ivan!
Facebook/ Ivan Gaffiero