Illejla Bosta Maltin Mistennija Jissapportjaw Lit-Tim Nazzjonali Malti F’Partita Importanti Kontra L-Andorra

Illejla, bosta Maltin, uħud minn wara t-televixin u oħrajn mill-grawnd f'Ta' Qali, se jkunu qed jissapportjaw lill-plejers Maltin li fis-sigħat li ġejjin se jkunu qed jagħtu ħilithom sabiex ikun it-tim nazzjonali Malti li joħroġ rebbieħ fil-partita importanti kontra l-Andorra.

It-tim nazzjonali Malti dieħel għal din il-partita bi prospetti sbieħ, hekk kif s'issa hu u t-tim nazzjonali tal-Andorra iffaċjaw lil xulxin f'seba' okkażjonijiet differenti fl-istorja, u fl-ebda okkażjoni t-tim tal-Andorra ma rnexxielu jegħleb lil dak Malti. Fil-fatt, fi tlett okkażjonijiet minnhom it-tim Malti ħareġ rebbieħ, filwaqt li fl-erbgħa l-oħra, iż-żewġ timijiet ġew ras'imb'ras.

Il-partita bejn Malta u l-Andorra se tkun qed tibda fit-18:00 u se tixxandar ukoll b'mod dirett fuq TVMsport+.

Ritratti:

Facebook / Malta Sport

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI