Ftit jiem ilu ġie ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Anzjani; dan il-jum ifakkar il-kontribut li l-anzjani jkunu taw lejn is-soċjetà matul ħajjithom, filwaqt li jirrikonoxxi l-problemi li huma jibdew jiffaċjaw, hekk kif jibdew javvanzaw fl-età.
F'dan il-jum, waqt 'NET Live' tkellmet Ċensina Pisani li fl-età ta' 89 sena hi bużnanna ta' disa' u nanna ta' sbatax.
Hi stqarret li problema ewlenija li jiffaċjaw persuni tal-età tagħha hi proprju dik li maż-żmien isibu rwieħhom waħedhom, u għalhekk ikollhom imorru jgħixu f'dar tal-anzjnai.
Mistoqsija x'inhu l-appell tagħha għaż-żgħażagħ, bi tbissima fuq fommha, Ċensina tħeġġeġ sabiex ħadd ma jinsa lill-ġenituri u n-nanniet tiegħu.
'NET Live' jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-16:30 fuq l-istazzjon NET.
Facebook / NET TV