“L-Isbaħ Sena Ta’ Ħajti” – L-MP Darren Carabott Jiċċelebra L-Ewwel Sena Bħala Raġel Miżżewweġ

Jum speċjali għall-Membru Parlamentari Darren Carabott u martu hekk kif il-koppja ċċelebrat l-ewwel anniversarju taż-żwieġ tagħha. F’messaġġ qasir iżda mimli mħabba fuq il-midja soċjali, Carabott fakkar l-ewwel sena tagħhom bħala miżżewġin u esprima kemm iħossu fortunat għall-ħajja li qed jaqsmu flimkien.

“L-ewwel sena tagħna miżżewgin. Kemm jien iffortunat – din l-ewwel sena kienet l-isbaħ sena ta’ ħajti,” kiteb Carabott. Darren temm il-messaġġ tiegħu bil-kliem l-anniversarju t-tajjeb, filwaqt li fakkar id-data tal-4 ta’ Ottubru 2025, il-ġurnata li fiha hu u martu ngħaqdu fiż-żwieġ.

Messaġġ sempliċi li fih Darren wera kemm din l-ewwel sena bħala raġel miżżewweġ kienet waħda tassew għal qalbu. Nawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u memorji sbieħ flimkien!

Ritratti:

Facebook / Darren Carabott

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI