Lias Atkins, tifel ta’ 6 snin u nofs minn Birżebbuġa, għadu kemm kiseb rekord nazzjonali ġdid grazzi għall-għarfien impressjonanti tiegħu dwar il-bnadar tal-pajjiżi.
The Malta Records żaru r-residenza privata tal-familja tiegħu sabiex jivverifikaw u jippreżentaw dan ir-rekord il-ġdid. Lias irnexxielu jgħid il-kuluri ta’ 30 bandiera differenti f’ħin ta’ 3 minuti u 18-il sekonda, filwaqt li l-ismijiet tal-pajjiżi kienu qed jintgħażlu f’ordni mħallta.
The Malta Records qalu li baqgħu impressjonati bil-ħeffa li biha Lias kien kapaċi jiftakar il-kuluri tal-bnadar minn moħħu, u faħħru l-intelliġenza u l-interess tiegħu fil-ġeografija u fil-bnadar nazzjonali.
Huma rringrazzjaw ukoll lill-familja ta’ Lias talli laqgħuhom f’darhom, filwaqt li awgurawlu biex ikompli jiżviluppa din il-passjoni.
Facebook/ The Malta Records