It-Temp Għal Għada – Temperatura Mistennija  Sa 26°C U 40% Ċans Ta’ Xita Waranofsinhar

Skont aġġornament ippubblikat mill-paġna Aġġornament tat-Temp, għada t-Tlieta mistenni jkollna temp ftit imsaħħab, filwaqt li wara nofsinhar is-sħab jista’ jiżdied.

Ir-riħ mistenni jkun mil-Lbiċ b’qawwa ta’ bejn forza 3 u 2, u aktar tard idur mix-Xlokk b’qawwa ta’ forza 3.

F’dak li għandu x’jaqsam mat-temperaturi, l-ogħla temperatura mistennija tilħaq 26°C, filwaqt li l-inqas mistennija tkun ta’ madwar 20°C.Il-probabbiltà tax-xita bħalissa tinsab għal madwar 40%, għalhekk jidher li ċ-ċans ta’ xita naqas meta mqabbel ma’ tbassir preċedenti.

Minkejja dan, min għandu pjanijiet għal barra għada tajjeb iżomm għajnejh fuq l-aħħar aġġornamenti tat-temp, hekk kif il-kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu.

Ritratti:

Facebook/ Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI