Id-Dipartiment tal-Informazzjon ħabbar Ġnienġ did fi Triq il-Kosta, attrezzat għall-familji.
Kitbu, “Sit ta’ madwar 5,500 metru kwadru fi Triq il-Kosta, li qabel kien mitluq, inbidel fi Ġnien it-Tbissim, spazju miftuħ maħsub b’mod partikolari għall-familji u t-tfal. Il-ġnien ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej Keith Azzopardi Tanti fil-preżenza tat-tim ta’ Project Green u rappreżentanti tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar.”
Qalu wkoll, “Madwar 1,250 resident jgħixu f’distanza ta’ inqas minn għaxar minuti bil-mixi mill-ġnien. Dan jagħti lill-familji tal-inħawi spazju ambjentali fil-qrib, aċċessibbli bil-mixi u fejn it-tfal jistgħu jilagħbu b’mod sigur. Fost l-attrazzjonijiet ewlenin għat-tfal hemm vapur kbir tal-pirati kif ukoll diversi tipi ta’ logħob inklussiv għal etajiet differenti, fosthom zipline, trampoline u climbing logs. L-ispazju jagħti lit-tfal aktar opportunitajiet biex jilagħbu u jkunu attivi.”
Spjegaw li dan il-ġnien se jkollu madwar 500 siġra b’kollox u dawn se jġibu magħhom dell naturali.
Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni