Riċentament, ir-residenti ta’ Birżebbuġa kienu qed jilmentaw dwar riħa stramba ġejja minn Triq iż-Żurrieq u Triq il-Ġebel. Il-kunsill lokali tkellem dwar din is-sitwazzjoni.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-kunsill ġie miktub, “Wara li numru ta’ residenti għamlu kuntatt magħna dwar irwejjaħ ta’ drenaġġ taħt il-bridge bejn Triq iż-Żurrieq u Triq il-Ġebel, il-Kunsill Lokali ħa azzjoni minnufih. Wara rapporti li saru mal-Water Services Corporation, ġejna ggwidati biex inressqu l-każ quddiem id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Nistgħu ninfurmaw lir-residenti li l-ilment issa ġie uffiċjalment irreġistrat bin-numru 5029/2026, u Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali qed iwettqu l-investigazzjonijiet meħtieġa. Il-Kunsill se jibqa’ jsegwi dan il-każ mal-awtoritajiet konċernati sabiex tiġi identifikata l-kawża u tittieħed l-azzjoni meħtieġa.”
Nirringrazzjawhom għal dan.
Facebook / Scott Camilleri Bilocca – Sindku Birżebbuġa