Grupp żeffiena maltin żifnu f’disneyland california bħala parti mill-programm internazzjonali ‘dance the magic’. Disa’ żeffiena ingħaqu ma żeffiena waħda mill-afrika t’isfel u tnejn ohra mill-istati uniti, u flimkien qattgħu tliet ġimgħat jipprattikaw u jesperjenzaw ix-xena taż-żfin fl-amerika.
Waħda mill-iktar mumenti speċjali għalihom kienet meta żifnu fil-parata klassika ta’ disneyland għas-70 anniversarju ta’ dan il-park.
Żeffiena maltin fil-passat kienu wkoll żifnu f’disneyland fis-sena 2024 u disney world fis-sena 2025, u anke f’los angeles fis-snin 2024 u 2026.
Issa l-grupp diġa qed iħares ‘il quddiem, għaliex power in dance qed jistieden liż-żeffiena interessati biex jinagħqdu magħhom għad-dance the magic tour li se jsir fis-sena 2027.
Nawgurawlhom mill-qalb!
Facebook / Power in Dance