“Wara 18-il Sena Jservi Ikel Malti Ġenwin, Novembru Se Jkun L-Aħħar Xahar Għal Victor F’Marsaxlokk” – Chris Fearne

Victor

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu Chris Fearne qasam kitba dwar ħanut popolari fil-gżejjer Maltin li ser ikun qed jagħlaq il-bibien tiegħu. Mid-dehra wara 18-il sena Ta' Victor Restaurant ħa jkun jagħlaq.

"Wara 18-il sena jservi ikel Malti ġenwin, Novembru se jkun l-aħħar xahar għal Victor f’MarsaXlokk. Victor se jħalli vojt fix-xena tal-catering, kemm għall-ikel bnin imma l-aktar għall-karattru simpatiku tiegħu. Vic, nixtiqulek suċċess għall-kapitlu li jmiss fil-karriera tiegħek."

Bosta kkummentaw ukoll taħt din il-post fejn apparti li rringrazzjawh għas-servizz tiegħu, awgurawlu għal dan il-pass li se jieħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI