“L-Edukazzjoni Mhix Fuq Karta” – L-Għalliem Luke Fenech B’Diskors Li Fih X’Tagħrbel

luke fenech

Waqt il-programm Viva Malta, l-għalliem Luke Fenech tkellem dwar diversi punti relatati mas-sistema edukattiva fil-gżejjer Maltin. Hu jsemmi frażi li spikkat ħafna, meta qal, "L-edukazzjoni mhix fuq karta."

Hu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar il-fatt li jieħu pjaċir jisma' studenti li jsemmu aspetti mill-ħajja li mhux neċessarjament parti mis-sillabu skolastiku ta' kull sena.

"Jien nieħu pjaċir nisma' studenti bħal Luca, li żewġ affarijiet li semma meta staqsejtuh xi jħobb, kienu affarijiet komunitarji, li jilgħab u li jitlob ma' ħaddieħor. Il-fatt li mhix fis-sillabu li jrid jilgħab fil-futbol, li jrid jitlob, imma qed jgħallimna lezzjoni, qed jgħallimna li l-edukazzjoni mhix fuq karta."

Luke jitkellem anke fuq l-idea ta' critical thinking, fuq kif nistgħu noħolqu soċjetà ta' tfal li jkollhom spazju biex jaħsbu. "Irridu nfakkru li l-edukazzjoni mhix qiegħda hemm biss għax-xogħol" - Isemmi oqsma li huma importanti u benefiċjali wkoll bħal; l-arti, id-drama, il-kreattività, il-lingwa.

L-għalliem isemmi wkoll kif sfortunatament, "l-edukazzjoni b'xi mod jew ieħor tispiċċa partiġġjana. Ċerti riformi li jsiru, ċerti affarijiet li jsiru, miż-żewġ pariti biex inkun ċar, jsiru abbażi l-punti politiċi."

Araw il-filmat sħiħ hawn taħt:

Ritratt:

Facebook/ Żgħażagħ Għall-Bidla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI