Minn Qtates Li Nstabu F’Kumpanija, L-Istorja Tagħhom Ħadet Xejra Differeni! – L-Istorja Ħelwa Ta’ Bond U Cuddles

Il-kumpanija Borg Cardon Pet Supplies, qasmet messaġġ ħelu bħala tfakkira ta’ tliet snin ilu. 

Jingħad li tliet snin ilu l-kumpanija sabet tliet iqtates. Din kienet xi ħaġa li ma kinux qe jistennew iżda riedu jaraw x’se jagħmlu. Il-kumpanija ma kellhiex qalb tħallihom warajha u b’hekk minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-ħajja għal dawn il-qtates inbidlet kompletament.

Il-kumpanija kitbet kif wieħed mill-qtates sab ruħu f’dar ta’ familja li laqgħetu bl-imħabba tagħha, filwaqt li ż-żewġt iqtates l-oħra bl-isem ta’ Bond u Cuddles spiċċaw sabu posthom f’binja ta’ din il-kumpanija. Infatti b’mod umorsitiku, l-kumpanija stqarret kif issa, ż-żewġt iqtates ħadu l-post tal-kumpanija f’idejhom. Hija ntroduċiethom bħala: “ kapijiet imqarbin tal-maħżen fejn illum saru parti important mill-ħajja tagħhom.” 

Din l-istorja ħelwa hija tfakkira  kif ġest żgħir ta’ mħabba lejn l- annimali jista’ jwassal għal snin twal ta’ ferħ, kumpanija u, f’dan il-każ, xi ftit imqarbezza wkoll!

Ritratt:

Facebook/ Borg Cardona Pet Supplies

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

Luke Stefan Micallef Jikseb It-Tielet Post F’Kompetizzjoni Internazzjonali  Tal-Weight Lifting Fi Spanja!

Tliet atleti żgħażagħ Maltin irrappreżentaw lil pajjiżna fil-Ferenc Szabo International Trophy, kompetizzjoni internazzjonali tal-irfigħ tal-piżijiet li saret ġewwa Spanja u li laqqgħet flimkien atleti taħt it-23 sena.F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem 11-il tim minn sitt pajjiżi, fosthom Spanja, l-Italja, il-Ġermanja, l-Ungerija u l-Gran Brittanja, fejn iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità juru l-ħiliet u d-determinazzjoni tagħhom fuq livell internazzjonali. Fost l-atleti Maltin spikka Luke Stefan Micallef, li kiseb riżultat mill-aqwa hekk kif irnexxielu jerfa’ 103 kilogrammi fl-isnatch u 126 kilogramma fil-clean and jerk. B’total ta’ 333.08 punti, Micallef kiseb it-tielet post fil-klassifika ġenerali, kisba importanti kemm għalih kif ukoll għall-isport Malti.Atleta Maltija oħra, Rheanna Briffa wkoll tat prestazzjoni pożittiva, hekk kif refgħet total kombinat ta’ 136 kilogramma u kisbet 204.9 punti. Intant, l-atleta Nathaniel Fenech irnexxielu jerfa’ 101 kilogramma fl-isnatch. Sfortunatament, minħabba aċċident, huwa kellu jirtira mill-kompetizzjoni qabel seta’ jlesti l-parteċipazzjoni tiegħu.Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin kienet possibbli grazzi għall-appoġġ tal-akkademja ta’ A Coruña, il-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta. Prosit lil dawn iż-żgħażagħ li komplew jagħmlu unur lil Malta fix-xena sportiva internazzjonali! 

PARTNERS UFFIĊJALI