Waqt l-ewwel fażi ta' preparamenti għas-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, il-kanzunetti sottomessi ġew iġġudikati minn membri tal-ġurija esperta fejn intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta.
Dawn il-kanzunetti se jkunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss, fejn se jiġu interpretati live quddiem ġurija differenti minn dik tal-ewwel fażi.
F’din il-fażi, se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati waqt is-seba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, li se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu 2027.
It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
- Fjamma Nar
- Ġejja
- Għalik *
- Għalik **
- Għalik ***
- Għannaqtek
- Ġugarell
- Ħobbni
- Id f'Id
- Ikun xi Jkun
- Il-Ħajja hi Film
- Imqar għal Ftit
- Inħobbok Tassew
- Ktieb Miftuħ
- Labirint
- L-Għanja tas-Skiet
- Ma Nafx
- Naf
- Nagħżel li Ngħix
- Narak Illejla
- Nibqa' Ħdejk
- Qabel il-Waqt
- Qalb tad-Deheb
- Qalbek Kbira
- Ritratt
- Sibna ’l Xulxin
- Sinjal
- Surreali
- Ta' Xulxin ****
- Tgħemiża
Peress li kien hemm aktar min kanzunetta waħda bl-isem ta’ GĦALIK u TA’ XULXIN, nikkjarifikaw billi insemmu l-isem tal-kompożituri u l-awturi:
Għalik * – Ray Agius u Emil Calleja Bayliss
Għalik ** – Ray Agius u Corazon Mizzi
Għalik *** – Pamela Bezzina
Ta’ Xulxin **** - Klinsmann Coleiro u Joe Julian Farrugia
Facebook/ Mużika Mużika