Se Titressaq Liġi F’Malta Biex L-Użu Tal-Helmet Isir Obbligatorju Fost Dawk Li Jsuqu E-Kick Scooter

Fis-sigħat li għaddew, il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett ħabbar li se tkun qiegħda titressaq liġi f'pajjiżna li jaf twassal sabiex l-użu tal-helmets isir obbligatorju fost dawk li jsuqu l-e-kick scooters.

F'filmat li tella' fuq il-midja soċjali, il-Ministru spjega li dan qed iseħħ għal raġunijiet ta' sigurtà u fl-isfond ta' inċidenti li sfortunatament seħħew matul dawn l-aħħar xhur, b'mod partikolari inċident li ra żagħżugħa ta' 15-il sena tweġġa' serjament.

Madwar sentejn ilu, f'Marzu tal-2024, pajjiżna kien ukoll ipprojbixxa bis-sħiħ l-e-kick scooters tal-kiri wara diversi ilmenti ta' vandaliżmu u sewqan traskurat li kien qed jitwettaq bihom.

Intom x'taħsbu dwar din il-liġi?

Ritratt:

ChatGPT u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI