“Kulħadd Jgħaddi Minn Sfidi Ta’ Saħħa Mentali… Bħalma Jimrad Il-Ġisem, Jista’ Jimrad Il-Moħħ” – Stephanie Chircop

F'intervista waqt 'NET Live', il-preżentatriċi lokali Stephanie Chircop tkellmet dwar l-esperjenza tagħha meta kellha tiffaċja sfidi ta' saħħa mentali u kif illum il-ġurnata fetħet klinika sabiex tgħin persuni oħra li jkunu qed jiffaċjaw diffikultajiet ta' din ix-xorta. Stephanie tisħaq li għaliha din mhijiex klinika bħall-oħrajn, iżda post fejn persuna tiġi sabiex tħossha mifhuma.

Stephanie tkellmet dwar il-perċezzjoni żbaljata li teżisti li kull persuna li tidher fuq it-televixin bi tbissima fuq fommha, m'għandha l-ebda inkwiet fil-ħajja personali tagħha. Hi ssostni li "f'ħajtu kulħadd jgħaddi minn sfidi ta' saħħa mentali, għaliex bħalma jista' jimrad il-ġisem, jista' jimrad naqra moħħna".

'NET Live' jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-16:30.

Jekk inti jew xi ħadd li taf qed tiffaċjaw sfidi ta' saħħa mentali, fittxu l-għajnuna billi tikkuntattjaw il-linja 179.

Ritratt:

Facebook / NET Live u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI