B'sens kbir ta' ferħ, iż-żeffiena u preżentatriċi lokali Anthea Bonnici Zammit u żewġha Brian għadhom kif laqgħu f'din id-dinja lit-tieni tarbija tagħhom - liċ-ċkejken Giorgo.
Il-koppja ħabbret fuq il-midja soċjali li nhar il-Ġimgħa li għaddiet, fis-sigħat ta' filgħaxija, il-familja tagħhom kibret mill-ġdid, hekk kif Emilia, binthom l-oħra, issa se jkollha ħuha.
"Verament grati li konna mdawrin u ssapportjati minn tim eċċellenti ta' tobba u qwiebel fl-isptar Mater Dei," sostniet il-koppja fuq nota ta' gratitudni.
Nawgurawlhom f'dan il-mument tant speċjali f'ħajjithom!
Instagram / @antheazammit_ u @brian.bonnici