Beppe Caruana għamel l-ewwel prova tiegħu fuq il-palk tal-MFCC, hekk kif tkompli t-tħejjija għall-finali tal-Junior Eurovision Song Contest 2026, li se ssir nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru.
L-ewwel ritratti mill-prova ġew ippubblikati fuq il-paġna uffiċjali tal-Junior Eurovision, u juru lill-kantant Malti jipprepara għall-mument tant mistenni fuq il-palk internazzjonali, fejn se jkun qed jirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Blue Bird.
F’messaġġ li akkumpanja r-ritratti, il-paġna tal-Junior Eurovision qalet li l-‘Blue Bird’ ta’ Beppe mhux se jkun l-uniku wieħed li se jtir matul il-lejla tas-Sibt! Beppe jidher f'ajruplan ta' lewn blu infatti!
Il-finali se tixxandar fid-21:00, ħin tal-Ewropa Ċentrali, u t-telespettaturi se jkunu jistgħu jivvutaw għall-favorit tagħhom permezz tas-sit uffiċjali JESC.tv.
L-attenzjoni tagħna issa ddur fuq Beppe u l-prestazzjoni tiegħu, bit-tama li Blue Bird jirnexxielha ttir ’il bogħod u ġġib riżultat sabiħ għal Malta. Prosit u Awguri Beppe!