Il-preżentatriċi Stephanie Spiteri kitbet li għada tiċċelebra jum għeluq sninha. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha esprimiet li tapprezza ħafna lis-segwaċi tagħha.
Hi kitbet, “U jekk Alla jrid għada nqum ngħid li għandi 56 ( anqas neqleb in-numri għall-vantaġġ tiegħi ma nistaċ issa) u għall-okkażjoni ħsibt li ntella żewġ ritratti: wieħed reali u wieħed bl ‘AI. F’dak li hu manipulat għandi għajnejn kbar, xufftejn tal-bews, haddejn perfetti u ġilda impekkabli. Fantasija sabiħa!”
Żiedet tgħid, “Fir-reali għajnejja bdew jgħajjew, l-uġigħ, il-ferħ u l-biki jidher kollu fit-tikmix u l-ġilda tirrifletti x-xogħol u anke użanzi ħżiena li drajt nagħmel tul is-snin. Imma intom lil din reali tafu u drajtu tul is-snin u għalhekk f’dan il-jum napprezzakom iktar, u nieħu l-opportunita` biex ngħidilkom grazzi dejjem tas-sapport tagħkom! Issa l-ħsieb tiegħi hu ara s -sena d-dieħla kemm irrid nuża iktar AI biex ngħatti!!!!”
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat!
Facebook / Illum Ma’ Steph