Fl-Istati Uniti, barbiera Amerikana kienet qed issaqsi persuni fit-triq jekk jixtiequx li tqaxxrilhom xagħrhom b’xejn. Inzertat mudella Amerikana li b’entużjażmu kbir aċċettat għaliex spjegat li ġimagħtejn oħra kienet sejra żżur ħabiba Maltija li bħalissa qed tissielet mal-marda tal-kanċer. Hi xtaqet tqaxxar xagħrha biex turi solidarjeta`ma’ din il-ħabiba li jisimha Sandra.
Il-barbiera ammettiet li ma kinitx taf fejn tinsab Malta, iżda kienet eċitata biex tgħin lil din il-mara twettaq il-ħolma tagħha biex tferraħ lil ħabibitha Maltija.
Fi tmiem l-appuntament, meta l-mudella ħarset fil-mera, infaqgħet tibki bil-ferħ għaliex ħassitha ferħana u grata mmens li rnexxielha tagħmel dan il-pass.
@_nicolerenae POV: You ask random woman if you can buzz all her hair off (PART1/2) #arizona #barber #tucsonbarber ♬ original sound - _Nicolerenae
Dan il-filmat mar viral, għaliex dan il-ġest sabiħ miss il-qlub ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja.
Tiktok / _Nicolerenae