“Grazzi Tal-Imħabba U S-Sapport Tagħkom” – Il-Messaġġ Mill-Qalb Tal-MP Marilena Gauci

Ilbieraħ kif waslet biex tintemm il-ġurnata speċjali tagħha, l-MP Marilena Gauci għażlet li taqsam messaġġ ta’ gratitudni ma’ dawk kollha li ħadu l-ħin biex jawgurawlha f’għeluq sninha.

Permezz ta’ filmat, Marilena rringrazzjat lil kull min ċemplilha, bagħtilha messaġġ jew b’xi mod ieħor, fakkarha f’dan il-jum. Kliem sempliċi iżda mimli sinifikat, li juri kemm hemm nies li jaħsbu fiha u jsegwuha.

Hija ddeskriviet l-aħħar sena bħala waħda mimlija sfidi, iżda wkoll sena li għallmitha ħafna. Minkejja d-diffikultajiet, qed tħares ’il quddiem b’kuraġġ u determinazzjoni, b’impenn biex tkompli taħdem fuqha nnifisha kuljum u ssir persuna aħjar, kemm għaliha nnifisha kif ukoll għal dawk ta’ madwarha.

Fil-messaġġ tagħha, Marilena ma nsietx lil dawk kollha li jagħmlu parti minn ħajjitha, u rringrazzjathom għall-preżenza, l-imħabba u s-sapport tagħhom.

Fl-aħħar nett, awgurat ukoll lil dawk kollha li qed jiċċelebraw għeluq sninhom fl-istess jum.

Ritratt:

Facebook/Marilena Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI