“L-Akbar Xewqa Tiegħi Bħala Omm Hi Li Nifhmu Aħjar Lil Binti” – Omm Iċ-Ċkejkna Shazia

Fuq il-paġna ‘Shazia: My Story’, omm Shazia tat aġġornament dwar xi appuntamenti li kellhom biex ikollhom iktar tweġibiet dwar kif jistgħu jgħinu lil Shazia.

Hi spjegat, “Illum morna ċ-CYPS u tkellimna dwar it-tifla. Kien hemm ħafna xi ngħidu u fl-aħħar mill-aħħar ħassejt li fehmuna aħjar u fehmu s-sitwazzjoni tagħna. Illum għamilnilha wkoll l-assessment tal-awtiżmu, u issa rridu nistennew ir-riżultat. Bħala omm, naf li Shazia għandha d-diffikultajiet tagħha, u għalhekk irridu nifhmu aħjar x’qed jiġri u x’għandha bżonn.”

Żiedet tgħid, “Issa rridu nagħmlulha wkoll l-assessment tal-ADHD, biex naraw minn fejn ġejja eżatt din l-imġiba u x’qed iwassal għaliha. Jista’ jkun li s-serine baxx għandu x’jaqsam ukoll, imma għalissa rridu nistennew u naraw. Barra minn hekk, se tibda tieħu mediċina oħra, u naraw kif se tirreaġixxi għaliha u jekk hux se tgħinha. Għalissa nibqgħu nistennew l-appuntamenti u r-riżultati, bit-tama li ftit ftit insibu t-tweġibiet li tant għandna bżonn għal Shazia. L-akbar xewqa tiegħi bħala omm hi li nifhmu aħjar lil binti u nagħtuha l-għajnuna kollha li għandha bżonn.”

Inżommu lil din it-tifla ċkejkna fit-talb tagħna biex kollox jimxi b’wiċċ il-ġid u l-mistoqsijiet kollha jinstabulhom it-tweġibiet tagħhom.

Ritratt:

Facebook / Shazia My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI