L-għalliema tal-Malti Steph Rodgers tkellmet fuq il-paġna tagħha dwar sitwazzjoni li veru ġiegħlitha tħossha skomda.
Hi spjegat, “Ilna nafu li pajjiżna m’għadux sigur bħal ma kien snin ilu imma llum kelli esperjenza kerha mat-tfal tiegħi. Ma ħassejtnix sigura. Issa jew il-kultura tagħhom li jkunu friendly mat-tfal imma hemm mod u hemm mod. Li tkun friendly billi tgħidilhom ħellow u tidħkilhom mod imma li tmur fuqhom u terfagħhom mod ieħor.”
Żiedet tgħid, “Ma nafx x’intenzjonijiet kellu imma jiena kont waħdi bit-tfal, ma kien hemm ħadd, ġie dan ir-raġel u flok poġġa bilqiegħda, issa qed ngħidu fil-bandli ta’ Ħal Luqa, ġie u ħa joqgħod jistenna lit-tifla tiegħi maż-żurżieqa. Jistenniha tinżel b’idejh miftuħa hekk u qed jgħidilha tinżel.”
Spjegat li r-raġel saħansitra prova jerfa’ lil bintha, u hi telqet tiġri ‘l barra mill-bandli bit-tfal jibku għaliex ma ħassithiex komda miegħu. Dan ir-raġel kompla jimxi warajha sakemm anke segwiha sal-karozza.
Ammettiet li jista’ jkun li ma kellux intenzjonijiet ħżiena, iżda xorta waħda ħassitha skomda ħafna għaliex ma ħaditx gost li raġel li ma tafx qed jipprova jerfa’ lit-tifla żgħira tagħha. X’kontu tagħmlu intom kieku kontu f’din is-sitwazzjoni?
Instagram / steph95_x