Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħallietna Janet Curmi, mara maħbuba tant fil-lokalità t’Għajnsielem. Il-paġna tal-Facebook Knisja Sant’ Antnin - Patrijiet Franġiskani Għajnsielem kitbu kelmtejn ta’ dedikazzjoni.
“B’niket kbir, inħabbru l-mewt ta’ Janet Curmi, waħda mill-persuni għeżież li kienu jagħtu s-sehem u l-għajnuna tagħhom fil-komunità tagħna,” huma kitbu.
“Inżommu lil Janet fit-talb tagħna u nitolbu lill-Mulej jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem. F’dan il-mument ta’ niket, niftakru wkoll fil-familjari u l-għeżież tagħha fit-talb tagħna. Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, u d-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha. Tistrieħ fis-sliem. Ammen.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-qraba u ħbieb.
Facebook / Sant’ Antnin – Patrijiet Franġiskani Għajnsielem