Mark Laurence Zammit U Deborah Francalanza Jinsabu Sena ’L Bogħod Miż-Żwieġ Tagħhom

Il-ġurnalist u preżentatur Malti Mark Laurence Zammit u l-għarusa tiegħu Deborah Francalanza jinsabu eżattament sena ’l bogħod minn wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajjithom, il-jum li fih se jingħaqdu fiż-żwieġ u jgħidu s-sinjor si lil xulxin. Il-koppja ħabbru dan permezz tal-instagram tagħhom. Il-koppja, li ħabbret l-għerusija tagħha f’April li għadda, issa bdiet il-countdown għall-ġurnata tant mistennija, li se timmarka kapitlu ġdid fl-istorja ta’ mħabba tagħhom.

Meta kienet tħabbret l-għerusija, Deborah kienet qasmet messaġġ mill-isbaħ fejn esprimiet kemm kienet ħerqana mhux biss biex tippjana t-tieġ, iżda fuq kollox biex tibda l-ħajja miżżewġa ma’ Mark. Issa, b’sena biss għat-tieġ, żgur li l-eċitament għal din il-ġurnata speċjali qed ikompli jikber hekk kif il-koppja tħares ’il quddiem lejn il-futur tagħha flimkien.

Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Mark u Deborah aktar imħabba u ferħ f’din is-sena ta’ tħejjijiet għall-ġurnata tant speċjali tagħhom. Awguri mill-qalb!

Ritratt:

Instagram / Mark Laurence Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI