F’jum mimli ferħ u mħabba, il-Membru Parlamentari, Miriana Calleja Testaferrata de Noto, qasmet messaġġ mill-qalb lil Liv, li llum qed tiċċelebra għeluq it-tieni sena tagħha.
Permezz ta’ kliem sempliċi iżda mimli emozzjoni, Miriana esprimiet kemm tħobb liċ-ċkejkna, filwaqt li awguratilha li tkompli tikber bil-ferħ u żżomm dejjem dik it-tbissima ħelwa li tant tferraħ lil dawk ta’ madwarha.
“Jalla xejn u ħadd ma jneħħilek qatt dik it-tbissima ħelwa minn fuq fommok,” kitbet Miriana, f’xewqa sabiħa li kull min iħobb lil xi ħadd żgħir f’ħajtu jista’ jifhimha, iżda l-messaġġ tagħha ma waqafx mal-awgurju. Miriana wegħdet lil Liv li, meta jkollha bżonn, iz-zija Mir dejjem se tkun hemm għaliha. Wegħda li tfakkarna kemm hu importanti li t-tfal jikbru mdawrin b’nies li jħobbuhom, jappoġġjawhom u jkunu ta’ spalla għalihom f’kull mument.
It-Tim ta' Gwida.mt, jawgura mill-qalb lil Liv! Jalla ħajitha tkun mimlija tbissim, ferħ u mħabba bla qies!
Facebook/Miriana Calleja Testaferrata de Noto