Eluf ta' Maltin illejla, uħud minn wara l-iskrin tat-televixin u oħrajn preżenti f'Ta' Qali, se jkunu qed juru s-sapport tagħhom lil Beppe Caruana li fl-età ta' 11-il sena se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna bil-kanzunetta tiegħu 'Blue Bird'.
Beppe mistenni jkanta fid-disa' post u jżewqu l-ispettaklu bit-talent tagħhom mistenni jkun hemm tfal u żgħażagħ minn 15-il pajjiż ieħor li lkoll se jkunu qed jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jirbħu t-titlu tant prestiġjuż f'isem pajjiżhom.
Matul dawn l-aħħar sigħat, Beppe tella' diversi filmati fuq il-midja soċjali fejn jidher fis-seba' sema jħejji ruħu għall-prestazzjoni tant mistennija tal-lejla filwaqt li wkoll jintegra tajjeb mal-bqija tal-parteċipanti.
Il-vot diġà huwa miftuħ u għalhekk il-Maltin kollha mħeġġa sabiex jidħlu HAWN u jissottomettu l-vot tagħhom għal Beppe.
Il-Junior Eurovision Song Contest se jibda illejla fid-21:00.
Instagram / Beppe Caruana u Junior Eurovision Song Contest