Illum L-Eċċelenza Tagħha Myriam Spiteri Debono Qed Tiċċelebra L-Età Sabiħa Ta’ 74 Sena

Il-President tar-Repubblika ta' Malta Myriam Spiteri Debono llum qed tiċċelebra l-età sabiħa ta' 74 sena. Dan hekk kif hi twieldet proprju fil-25 t'Ottubru tal-1952.

L-Eċċelenza Tagħha bdiet tokkupa l-ogħla kariga f'pajjiżna f'April tal-2024, u b'hekk saret l-ewwel Għawdxija li qatt okkupat din il-kariga fl-istorja ta' Malta.

Għal għexieren ta' snin, il-President ta' Malta kienet tippratika l-professjoni ta' nutara u għal perjodu ta' sentejn, bejn l-1996 u l-1998, hi serviet ukoll bħala Speaker tal-Parlament Malti.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Eċċelenza Tagħha f'għeluq sninha!

Ritratt:

Facebook / Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI