Illum jaħbat jum twelid il-mibkija Carmen Tanti, kantanta lokali maħbuba mill-grupp popolari The Greenfields.
Kull min kien jaf lil Carmen jiddeskrivieha bħala mara simpatika, qalbha tajba u dejjem titbissem. Tbissima li kienet tixgħal kull fejn tkun. Hi flimkien ma' żewġha Joe Tanti, u l-ħabib tagħhom Charles Bajada kienu jiffurmaw it-trio popolari The Greenfields.
Charles Bajada kien ġie nieqes u minn hemm, Joe u Carmen komplew bħala duo. Tul is-snin tawna tant u tant kanzunetti popolari Maltin.
Insellmulek għażiża Carmen u grazzi tal-mużika sabiħa li ferraħtna biha tul iż-żmien! Għal dejjem f'qalbna.