Ritratt xokkanti t’għasfur maqbud f’biċċa nylon, iġiegħlna nirriflettu dwar l-azzjonijiet tagħna. Arnold Sciberras ippubblika dan il-messaġġ bħala twissija biex fil-futur, inċidenti bħal dawn jiġu evitati.
Hu kiteb, “Xena ta’ qsim il-qalb. Għasfura tiddendel bla ħajja, maqbuda f’biċċa nylon mormija. Din tfakkarna li ż-żibel tal-bnedmin jista’ joqtol. Dak li narmu bla ħsieb jista’ jġiegħel l-għasafar isofru u joqtol diversi annimali kif ukoll jikkawża ħsara fuq il-pjanti u n-natura.”
Żied jgħid, “Biċċa nylon sempliċi tista’ ma tfisser xejn għalina, imma għal kreatura żgħira, tista’ tfisser id-differenza bejn ħajja u mewt. Jekk jogħġobkom armu ż-żibel b’mod responsabbli. In-natura qatt m’għandna tħallas għat-traskuraġni tagħna.”
Ir-ritratt ittieħed minn Arnold Sciberras, limiti ta’ Żabbar.
Facebook / Arnold Sciberras