L-Istrongman Malti Tony Farrugia Jikser It-Tielet Rekord Dinji Tiegħu

L-Istrongman Malti Tony Farrugia rnexxielu jikser it-tielet rekord dinji tiegħu wara li kiser ir-rekord fil-medicine ball toss.  Il-medicine ball ikun ballun kbir tal-eżerċizzju tqil.

Ir-rekord kisirha fl-24 t’Ottubru waqt DAF Drive Day 26, avveniment organizzat mill-UNEC Ltd b’risq il-Malta Trust Foundation. Dan huwa tragward prestiġjuż immens, speċjalment għaliex diġa rnexxielu jikser żewġ rekords oħrajn qabel dan.

Fl-ewwel rekord dinji li kiser hu refa’ persuna ta’ 48.1 kilogramma b’subgħajh iż-żgħir u fit-tieni rekord hu għamel 13-il overhead press b’magna tal-ħasil tiżen 54 kilogramma f’minuta.

Nawgurawlu mill-qalb għal dan it-tragward tal-ġenn. Malta tinsab kburija mmens bih u ninsabu ħerqanin biex inkomplu narawh ipoġġi isem Malta fuq il-mappa tal-Guinness World Records!

Ritratt:

Facebook / Tony Farrugia u Ian Garrett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI