Għadha kif tħabbret it-telfa, ftit minuti ilu biss, tat-tabib maħbub tant u tant mill-Maltin, Dr. Frank Portelli. Hu kien ilu snin twal jaħdem fis-settur tas-saħħa u miet ta' 82 sena.
It-Tabib Frank Portelli kien ukoll membru parlamentari bejn l-1987 u l-1992, u mexxa l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista bejn l-1985 u l-1992.
Diversi Maltin qegħdin jagħtu l-kondoljanzi tagħhom u jesprimu dieqa għal din it-telfa.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u għeżież tiegħu.
Facebook / Frank Portelli