Il-ġenituri ta’ Lennon John qasmu messaġġ kemmxejn vulnerabbli iżda ta’ tama. Fuq il-paġna ‘Lennon John – Fighting Zellweger Spectrum Disorder’ spjegaw li wara ġimgħat twal ta’ mard, jidher li Lennon qed jirkupra bilmod.
Fuq il-paġna kitbu, “Wara ġimgħa, Lennon jidher li qed jirkupra xi ftit żgħira, id-deni niżillu. Grazzi, Alla, talli qed Turina ftit dawl. Kienet diffiċli ħafna fuqu u jinsab għajjien u vulnerabbli ħafna f’dan il-mument. It-trattament ikompli. Grazzi Alla u Madonna. Grazzi lit-tim mediku u lilkom kollha talli qed iżżommuh fit-talb tagħkom. Inkomplu għaddejjin ġurnata b’ġurnata, pass wara pass.”
Nittamaw li ma jdumx wisq ma jaqleb għall-aħjar u sadanittant inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid. Kuraġġ Lennon!
Facebook / Lennon John – Fighting Zellweger Syndrome