“Tifkira Ma’ Nies Li Nammira” – Ivan Gaffiero Bi Stessu Ma’ Xi Personalitajiet Ħbieb Tiegħu

Gaffiero ma' Phyll u Adrian

Il-preżentatur Ivan Gaffiero huwa persuna li jaf jagħti valur lill-ħbiberiji u lill-konnessjonijiet li jibni ma’ dawk ta’ madwaru. Fil-kitba tiegħu, b’ton simpatiku, jirrifletti fuq id-drawwa li nieħdu l-istessi kull fejn inkunu. Ritratt li kapaċi jkun tifkira sabiħa wara kollox!

Jista’ jkun mument ta’ ferħ, laqgħa sabiħa u memorja li tibqa’ magħna tul is-snin. Għal Ivan, dawn il-mumenti għandhom valur speċjali għax ifakkru fil-persuni li niltaqgħu magħhom u fir-rabtiet li, bil-mod il-mod, nibnu magħhom.

Ivan juri kemm japprezza dawn il-mumenti ma’ personalitajiet lokali oħra, nies li bħalu għandhom posthom fil-ħajja pubblika u soċjali Maltija.

Qasam stessu ma' Phyllisienne Brincat, Adrian Ir-Russu Brincat, Debbie Scerri u aktar. Hu jikteb, "Bonġu ħbieb. Tgħid int tħobb tieħu stessi? Jien kull fejn inkun, stessu... Tifkira ma' nies li nammira."

Kemm hi sabiħa l-ħbiberija li tibqa'!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI