Nawguraw Lill-Kantanta Lokali Maħbuba Brooke Borg F’Jum Għeluq Sninha

Brooke Tiegħek Jien

Illum 27 t’Ottubru, il-kantanta bravissima Brooke Borg Vella li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni tagħlaq sninha. Magħrufa sew fix-xena mużikali Maltija speċjalment mas-segwaċi tal-Malta Eurovision Song Contest.

Lil Brooke rajnieha f'dan il-festival erba' darbiet, dejjem b'kanzunetta li impressjonat. Rajnieha tieħu sehem f’dan il-festival għal dawn l-aħħar disa' snin, u fl-2016 kienet klassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta Golden.

Is-suċċessi ta’ Brooke fix-xena mużikali ma jiqfux hemm, hekk kif kienet ukoll bħala supporting act fil-kunċert ta’ Laura Pausini kif ukoll ħadet sehem kemm-il darba f’Rockestra. Nediet kanzunetti tal-widna u li niżlu tajjeb mal-pubbliku.

L-iktar suċċess riċenti għal Brooke kien propju waqt il-ħames staġun ta' Mużika Mużika, fejn klassifikat fit-tieni post bil-kanzunetta Tiegħek Jien.

F'isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlek ġurnata mill-isbaħ b’dak kollu li tixtieq qalbek illum u dejjem, għażiża Brooke!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI